Il-fekruna tal-baħar hija annimal rettilu. Din tqatta’ l-biċċa l-kbira tal-ħin taħt l-ilma, imma kull tant ħin trid titla’ fil-wiċċ biex tieħu n-nifs.
Malta nsibu tlett ifkieren tal-baħar li jidhru fl-ibħra tagħna b’mod regolari. Dawn huma l-fekruna tal-baħar is-sewda, il-fekruna tal-baħar il-komuni u l-fekruna tal-baħar il-ħadra. Dawn it-tlett ifkieren huma protetti bil-liġi, jiġifieri s-sajjieda ma jistgħux jaqbduhom.
Xi fkieren miġburin flimkien fuq ir-ramel.















