(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Il-Familji tal-Istrumenti Mużikali
L-istrumenti tal-mużika jiġu minn familji differenti. Bħan-nies wara kollox! Ejjew naraw x’inhuma dawn il-familji.
Paġna 1
L-istrumenti tal-korda ndoqquhom b’idejna. F’din il-familja nsibu l-kitarra, il-vjolin u l-arpa.
Paġna 2
Dan idoqq strument tal-perkussjoni.
Paġna 3
L-istrumenti tal-qasba ndoqquhom b’ħalqna, bħall-klarinett, il-flawt u s-saksofon.
Paġna 4
Fil-banda tar-raħal l-istrumenti tal-qasba jkunu quddiem.
Paġna 5
L-istrumenti tar-ram indoqquhom b’ħalqna wkoll. F’din il-familja nsibu t-trumbetta, it-trumbun u t-tuba.
Paġna 6
Din il-banda tal-militar iddoqq strumenti tar-ram.
Paġna 7
L-istrumenti tal-perkussjoni ndoqquhom b’idejna. Fosthom insibu t-tanbur, it-triangolu u l-kastanjoli.
Paġna 8
Din parata b’ħafna tnabar.
Paġna 9
Fl-aħħar hemm l-istrumenti tat-tastiera, bħall-pjanu, l-orgni u l-akkordjin. Dawn indoqquhom b’subgħajna.