(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Ikla Kif Imiss
Tonio u Ġorġ kienu jħobbuha ’l żaqqhom. Qatt ma kienu jħalluha nieqsa minn xejn. Għajnejhom akbar minn żaqqhom.
Paġna 1
Minn kmieni filgħodu ssibhom fil-kċina. Jibdew b’kolazzjon żul minn hemm. Ma jilħqux jgħaddu sagħtejn li ma jibdiex it-tieni ritwal.
Paġna 2
Tonio jipprepara l-platti u jlesti l-mejda. Ġorġ ħsiebu biss biex ikewwes fil-borma jew fit-taġen. L-hena tiegħu jivvinta xi platt ġdid li ħadd ma jkun ra bħalu.
Paġna 3
Ommhom kienet drathom. Fil-vaganzi tas-sajf tgħidx kemm kienet tieħu gost bihom. Xi platt bnin għaliha ma kienx jonqos.
Paġna 4
Darba minnhom Tonio xtara naqra krema friska. Ipprepara zalza tal-ħabaq biex jipprova jimpressjona lil Ġorġ. Ried jurih li hu wkoll kien kapaċi jivvinta platt mill-aqwa.
Paġna 5
Iżda ma kinitx krema li xtara! Fis-sajf trid toqgħod attent x’tixtri, speċjalment fejn jidħol il-ħalib. Iz-zalza kienet lesta. Ir-riħa li bdiet ġejja kienet taqsamlek qalbek.
Paġna 6
Tonio, Ġorġ u l-mamà poġġew bilqiegħda mal-mejda. Bdew jieklu dak il-platt imħawwar u bnin.
Iżda lanqas laħqu lestew li ma spiċċawx jagħmlu tellieqa sal-kamra tal-banju.
Paġna 7
Tonio qatt ma reġa’ pprova jkewwes fil-kċina. U lanqas li kieku ried! Il-mamà u Ġorġ ma kinux sa jerġgħu jieklu xi ħaġa oħra minn taħt idejh.