(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Id-Dinosawri

null
Id-dinosawri kienu jgħixu fid-dinja miljuni ta’ snin ilu! Illum insibu l-iskeletri tagħhom.
Paġna 1
null
Id-dinosawri jinqasmu f’żewġ tipi. Hemm dawk li jieklu l-laħam u dawk li jieklu l-weraq u l-ħaxix.
Paġna 2
null
Dawk li jieklu l-laħam ngħidulhom karnivori.
Paġna 3
null
Dawk li jieklu l-weraq u l-ħaxix ngħidulhom erbivori.
Paġna 4
null
Kien hemm dinosawri żgħar u oħrajn kbar. Id-dinosawri l-kbar kienu kbar ħafna.
Paġna 5
null
Kien hemm dinosawri li jgħixu fuq l-art u fil-baħar. Oħrajn kienu jtiru.
Paġna 6
null
Id-dinosawri sparixxew minn wiċċ id-dinja wara li d-dinja ntlaqtet minn asterojde.
Paġna 7
null
Bil-ħabta tal-asterojde, tar ħafna trab u d-dawl tax-xemx tgħatta. B’hekk id-dinja spiċċat fid-dlam.
Paġna 8
null
Xi annimali bħall-kukkudrilli, l-iskorpjuni u l-fkieren irnexxielhom isalvaw.
Paġna 9
Tmiem