(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Ħlejjaq ta' Madwarna

Lin-Naħla

Naħla ċkejkna niggustak
xħin fil-ġnien sikwit narak
bieżla tira’ fuq il-fjuri
li jħajruk bl-isbaħ kuluri.
Dawk ġwenħajk dejjem sejrin,
xejn ma jieqfu miż-żanżin;
tibqa’ s-sugu ssoff mill-ward
sa ma d-dlam iroxx fuq l-art.
Xħin fil-bejta terġa’ lura
int u sħabek hemm miġbura
taħdmu s-sugu li jinġema’
biex tibdluh f’għasel u xema’.
Naħla ċkejkna nammirak
xħin daqshekk bieżla narak.
Xema’ w għasel int tagħtina
int eżempju ħaj għalina.
null
Paġna 1

Friefet Sbieħ

Friefet sbieħ, jittajru ħfief mar-riħ,
imsaħħrin għal wara l-fjuri,
imżewqin bl-isbaħ kuluri.
Friefet sbieħ, jittajru ħfief mar-riħ.
Friefet kbar, il-għaxqa tat-tfal żgħar,
ma nixbax inħares lejkom
meta nidħol fil-ġnien ħdejkom.
Friefet kbar, il-għaxqa tat-tfal żgħar.
Friefet żgħar, fix-xemx ta’ nofsinhar,
kemm nixtieq ġwenħajn bħal tagħkom
biex nittajjar niġi magħkom!
Friefet żgħar, fix-xemx ta’ nofsinhar.
null
Paġna 2

Lill-Pitirross

Kemm togħġobni xħin f’Ottubru
tiġi żżurna, Pitirross!
Meta nisma’ l-għanja tiegħek
qalbi tfur bil-ferħ li nħoss.
‘Mma nitħassrek, għasfur sbejjaħ,
xħin narak f’gaġġa maqbud.
L-hena tiegħek hemm fil-beraħ,
tgħanni, ttir, taqbad id-dud.
Kemm hu kiefer dak li jaqbdek
u jpoġġik ġo ħabs bla ħtija!
Dan l-għemil ta’ min jistmerru
qatt ma nagħmlu ngħid għalija.
null
Paġna 3
Tmiem