
Pippa u Kino huma żewġ għasafar tal-bejt. Ftit wara li żżewġu bdew ifittxu tiben, weraq niexef u ħuxlief biex jagħmlu l-bejta.
Kienet ir-rebbiegħa. Il-bejta għamluha ġo ħofra fonda fiz-zokk oħxon ta’ siġra kbira. Pippa biedet ħames bajdiet. Kienet tbid waħda kuljum u meta għaqqdet ħamsa waqfet. Kienet toqgħod fuqhom, issaħħanhom biex ifaqqsu, waqt li Kino kien imur ifittex l-ikel u jiġi jżoqqha.













