(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Ġola n-Nannakola Tmur l-Iskola

Ġola hija nannakola kurjuża ħafna. Ġola suppost toqgħod għall-kwiet fuq xi werqa jew fjura.
null
Paġna 1
Imma, minflok, toqgħod ittir ’l hawn u ’l hinn fil-ġnien li tgħix fih.
null
Paġna 2
L-hena tagħha toqgħod titbandal fuq il-weraq tal-pjanti.
null
Paġna 3
Ġola tħobb ħafna tara lit-tfal jilagħbu u jiġru ma’ kullimkien. Tieħu gost tarahom jifirħu u jaqbżu flimkien.
null
Paġna 4
Ġola tixtieq ħafna tkun taf fejn imorru t-tfal kull filgħodu. Wara daharhom dejjem iġorru basket kbir. Il-basket ikun mimli kotba u pitazzi.
null
Paġna 5
Darba waħda Ġola daħlet ġol-basket tal-iskola ta’ tifla żgħira. Kemm kien hemm dlam! U kemm beżgħet Ġola n-nannakola!
null
Paġna 6
Wara ħafna ħin, it-tifla fetħet il-basket. Ġola taret ’il barra minnufih u marret fil-ħoġor tat-tieqa.
null
Paġna 7
Ġola sabet ruħha ġo klassi mimlija tfal żgħar jilagħbu ferħanin. In-nannakola ma baqgħetx tibża’ u qagħdet tħares lejn it-tfal.
null
Paġna 8
It-tfal indunaw bin-nannakola ttir fuq il-mejda u bdew iċapċpu. Xi tfal xtaqu jaqbdu n-nannakola. In-nannakola bdiet ittir u ttir mal-klassi kollha.
null
Paġna 9
Ġola ma felħitx ittir aktar. Ħassitha tistordi u waqgħet ġo kaxxa ċkejkna.
null
Paġna 10
Xħin qamet, Ġola sabet ruħha ġo ġnien isbaħ u akbar minn ta’ qabel.
Nannakola mur l-iskola
Aqbad siġġu u ibda ogħla;
Ġib il-pinna u l-klamar
Ħalli npinġu ras ta’ ħmar.
Nannakola mur l-iskola
Bil-kabozza u bil-barjola;
Iżfen żifna mas-sinjora
Durli dawra la Spanjola.
null
Paġna 11
Tmiem