Ġonatan kien għadu kif ġie lura mis-suq bil-ħmar tiegħu mgħobbi b’erba’ ġarar żejt. Daħal fl-għalqa li kellu wara d-dar, fetaħ il-gorboġ, ħatt il-ġarar, qiegħed il-ħmar f’postu u mar jingħaqad ma’ martu Debora. Mingħajr ma ntebaħ kien nesa l-bieb tal-gorboġ miftuħ.













