Dun Rafel, il-kappillan tar-raħal, kien għadu kif spiċċa l-quddiesa tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija. Neħħa l-abiti sagri, bieshom u poġġiehom fuq il-bank għoli u twil tas-sagristija. Wara, mexa lejn l-uffiċċju tiegħu. Deher għajjien mejjet, ikaxkar riġlejh ma’ kull pass, qishom f’salt bdew jidhru fuqu s-sebgħin sena tiegħu. Is-soltu jmur id-dar dak il-ħin, sinjal li kien baqagħlu xi xogħol urġenti fl-uffiċċju.









