(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Frollu u Sħabu 2: Frollu Ma Jħobbx Jaqra
Illum niċċelebra għeluq snini. Nagħlaq 7 snin!
Paġna 1
Il-ħbieb ġew jiċċelebraw miegħi. Magħhom ġabuli xi rigali.
Paġna 2
Kemm qlajt rigali! Iġri niftaħhom…
Paġna 3
Bdejt niftaħ ir-rigali. Il-mamà tatni ktieb.
Paġna 4
"Jien ma nħobbx naqra!" "Imma int tħobbha l-avventura! Ibda aqrah u tara kif jogħġbok."
Paġna 5
"Illum ġurnata sabiħa ħafna." "Dalwaqt immorru l-baħar." "Frollu, għaliex ma ġġibx il-ktieb miegħek?"
Paġna 6
Il-ktieb huwa dwar Salvu. Huwa jħobb idur id-dinja bir-rota.
Paġna 7
Dan il-ktieb sabiħ ħafna!
Paġna 8
"Iii! Kemm sar ħin!" "Il-papà żgur qed jinkwieta. Aħjar immorru d-dar."
Paġna 9
"Kemm inkwetajt! Jaqaw intliftu?" "Iva, intlift. Intlift naqra dan il-ktieb."