(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Frollu u Sħabu 1: Frollu Jmur il-Buskett
Illum se mmorru sal-Buskett. Ġibna l-kamera tar-ritratti magħna.
Paġna 1
Ara kemm hawn lellux! L-iskola qalulna biex ma naqtgħux fjuri.
Paġna 2
Se nieħu ritratt minflok! Ċlikk! Ċlikk!
Paġna 3
Ara! Hemm pitirross! Ħa noħodlu ritratt. Ups! Laħaq tar! Issa nsib ieħor.
Paġna 4
Hemm hu! Ċlikk! Ċlikk!
Paġna 5
Kemm ġie sabiħ fir-ritratt b'sidru aħmar!
Paġna 6
Issa nistrieħu ftit taħt din is-siġra. Ara! Hemm żrinġ fuq il-ġebla.
Paġna 7
Issa naqbdu u nieħdu d-dar. Oj! Oj! L-iskola qalulna biex ma naqbdux żrinġijiet.