(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Fl-Ispazju
F’kamarti naħbat ma’ wisq imbarazz.
Ftit hawn spazju.
Paġna 1
Biex ikolli l-ispazju rrid nitla’ fl-ispazju ta’ veru.
Xi darba nitla’ fl-ispazju bil-vettura spazjali.
Paġna 2
Fl-ispazju nimxi bla ma mmiss l-art. Inkun ħafif ħafna.
Nista’ nara l-istilel fuq rasi.
Il-qamar jiddi tond u kbir.
Paġna 3
Nitfa’ l-ballun ’il fuq fis-sema.
Narah isir qisu pjaneta ċkejkna tal-lasktu.
Paġna 4
Fl-ispazju nista’ nilgħab barra bla biża’ li ttajjarni karozza.
Nista’ naqbeż u nagħmel kutrumbajsi fl-arja.
Paġna 5
Norbot il-ġugarelli flimkien biż-żigarelli.
Jibdew iduru ċirku tond qalb l-asterojdi jisplodu.
Paġna 6
Mill-ispazju nxejjer lid-dinja tonda.
Nara l-kuluri sbieħ tas-siġar u l-baħar.