oBooksoCoinsNotificationsProfileOrganisations

(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Fid-Dar tan-Nanna

null
Ġużeppa hija armla anzjana. Marija hija l-unika neputija li għandha toqgħod fid-dar magħha, billi l-ġenituri tagħha mejtin.
Paġna 1
null
Ta’ kull filgħaxija Marija u n-nanna jintasbu fis-salott. Huma joqogħdu jaraw il-programmi tat-tisjir.
Paġna 2
null
Lejla waħda, eżatt kif Marija kienet sejra għajnha biha, tisma’ xi ħsejjes ġejjin minn fuq. Minnufih tarilha n-ngħas u telqet tara x’kien qed jiġri.
Paġna 3
null
Hekk kif telgħet fuq, mit-tieqa Marija rat żewġt irġiel b’wiċċhom mgħotti resqin lejn il-bieb tal-bejt. It-tifla nħasdet u daret tiġri biex tinżel tgħid lin-nanna.
Paġna 4
null
Wieħed mill-irġiel lemaħ lit-tifla, ħaffef il-pass u daħal ġewwa, iżda ma kienx mument għax eżatt kif tefa’ siequ fuq l-ewwel tarġa spiċċa kejjel it-taraġ kollu bilqiegħda!
Paġna 5
null
Kif ra hekk sieħbu telaq lura minn fejn ġie għax ma riedx jispiċċa ġo xi ċella, u ħalla lil ħabibu warajh jokrob bl-uġigħ. Sadanittant Marija qalet b’kollox lin-nanna.
Paġna 6
null
In-nanna nħasdet ftit ukoll billi ma kienx għad baqgħalha s-saħħa li kellha qabel. Hekk kif ikkalmat daqsxejn qalet lil Marija biex iċċempel lill-pulizija.
Paġna 7
null
Marija ftakret f’meta l-għalliem kien qalilhom li jekk jinqalgħalhom xi każ ta’ emerġenza għandhom iċemplu 112.
Paġna 8
null
Hija marret tiġri għat-telefown u ċemplet. Il-persuna li rrispondietha qaltilha li se tibgħat l-għajnuna minnufih.
Paġna 9
null
Wara ftit minuti l-pulizija kienu qegħdin fuq il-post u sabu lir-raġel li tgerbeb it-taraġ ġo rokna jokrob bl-uġigħ. Huma libbsuh il-manetti sabiex jeħduh l-għassa magħhom.
Paġna 10
null
Wieħed mill-pulizija feraħ lil Marija billi dak li tgħallmet fil-klassi baqgħet tiftakru u talli użat dan in-numru importanti b’mod għaqli.
Paġna 11
Tmiem
oBooksoCoinsNotificationsProfileOrganisations