(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Drinu d-Drone

Jiena d-drone, ir-robot ġdid
is-sema nofroq bħal għafrit.
null
Paġna 1
Jien fittiex innovattiv
ferm kurjuż u mhux kattiv.
null
Paġna 2
Għandi forma ta’ raddiena
Naf inżanżan bħal dubbiena.
null
Paġna 3
Ġismi mimli enerġija
għaliex naħdem b’batterija.
null
Paġna 4
Nista’ niġi pprogrammat
skont il-bżonn u l-ideat.
null
Paġna 5
Naħdem billejl u binhar.
Naf inbixx u nitfi n-nar.
null
Paġna 6
Jien fotografu u spija.
Għandi għajn li nżomm moħbija.
null
Paġna 7
Nara kollox, anke lilek
li tħaddimni b’joystick f’idek.
Hemm, fl-ispazju ntir, nirraġġa
bħal għasfur maħrub mill-gaġġa.
Niġbed xeni naturali
jew intellaq m’oħrajn bħali.
null
Paġna 8
Nitla’ fl-ajru għax xewqan
illi ntir bħal ajruplan.
null
Paġna 9
Fejn inrikkbek jien m’għandix,
għalhekk miegħi ma tiġix.
Minn hemm fuq nilgħablek noli
u nagħmillek gabrijoli.
null
Paġna 10
Jekk bl-addoċċ ma tużanix
tieħu gost u ma tagħlix.
null
Paġna 11

Glossarju

nofroq
nifred
għafrit
isem ieħor għal xitan, tingħad ukoll għal xi tifel imqareb
fittiex
xi ħadd li jħobb ifittex
innovattiv
modern
nirraġġa
nilgħab xi ftit bil-goff
gabrijoli
kutrumbajsi
Paġna 12
Tmiem