Meta s-Sur Camilleri wasal fl-iskola l-ġdida tiegħu kienu saru s-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar. Malli ħareġ fil-bitħa ra lit-tfal jiġru u jilagħbu ferħanin, filwaqt li f’roqgħa f’nofs il-bitħa lemaħ lill-għalliema, li kienu qed jagħtu daqqa t’għajn sewwa lit-tfal sakemm jispiċċa l-brejk. Ħadd mill-għalliema iżda ma kien għadu ntebaħ bis-surmast il-ġdid tagħhom għax dawn kien mingħalihom li kellu jasal l-għada filgħodu.







