(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Bruce u l-Għadma

Bruce kien miexi fit-triq ma’ Max.
null
Paġna 1
Bruce ra kelb fi ġnien, li ħdejh kellu għadma kbira.
null
Paġna 2
“Dik l-għadma rridha,” qal Bruce.
Bruce qabeż fil-ġnien, ħataf l-għadma u telaq jiġri.
null
Paġna 3
“Ieqaf! Ieqaf!” qal Max meta ra lil Bruce jiġri.
“Ġib dik l-għadma ’l hawn!” għajjat Rufus.
null
Paġna 4
Imma Bruce ma waqafx.
Baqa’ jiġri kemm jiflaħ bl-għadma f’ħalqu.
null
Paġna 5
Ġera t-triq kollha.
Max baqa’ jiġri wara Bruce.
null
Paġna 6
Bruce għadda minn ħdejn il-gabbana u l-vann tal-ġelati.
null
Paġna 7
Daħal fil-ġnien ta’ Sant’Anton.
null
Paġna 8
Wasal ħdejn vaska kbira u waqaf jistrieħ.
Bruce ħares ’l isfel… ġol-ilma ra kelb ieħor iħares lejh.
null
Paġna 9
Dan il-kelb ukoll kellu għadma kbira f’ħalqu.
“Dik l-għadma rridha wkoll,” ħaseb Bruce.
null
Paġna 10
“Wuff! Wuff!” għajjat Bruce.
Ċuff! L-għadma spiċċat ġol-ilma.
null
Paġna 11
Ċuff! Bruce qabeż fl-ilma wkoll.
Kemm kien kiesaħ l-ilma ta’ ġol-vaska!
null
Paġna 12
Bruce ħareġ mill-vaska mxarrab għasra.
null
Paġna 13
Bruce tilef l-għadma li kellu u mar id-dar imdejjaq.
null
Paġna 14
Tmiem