(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Brooke u l-Karrijiet tal-Karnival
Wasal żmien il-Karnival. Il-Karnival iġib miegħu ħafna ferħ u briju.
Paġna 1
Brooke tħobb ħafna l-Karnival. Missier Brooke jħobb jagħmel il-karrijiet tal-Karnival.
Paġna 2
Missier Brooke jaħdem il-karru tal-Karnival ġo maħżen. Brooke tixtieq tmur tara l-karru tal-Karnival ta’ din is-sena.
Paġna 3
Missier Brooke qed jinsisti li hi tara l-karru tiegħu dakinhar tal-Karnival!
Paġna 4
Il-Karnival idum ħamest ijiem. Ħafna nies jinġabru fil-Belt Valletta u Fuq il-Fosos tal-Furjana biex jaraw il-karrijiet.
Paġna 5
X’sorpriża ħadet Brooke fil-jiem tal-Karnival! Brooke spiċċat parti mill-karattri tal-karru tal-Karnival!
Paġna 6
Brooke ħadet gost ħafna fil-jiem tal-Karnival. Brooke tixtieq tgħin lil missierha biex jaħdmu l-karru tas-sena d-dieħla.