Hawn min idum sa ma fl-aħħar isib kappell jiġih. Dan nista’ ngħidu jien fiċ-ċert. Kemm kont ili fil-ħanut tal-kpiepel u l-brieret, għamilt xhur sħaħ imdendla bil-kartuna tal-prezz imwaħħla miegħi. Ma nafx x’fettlilha sidt il-ħanut tiftaħ bil-kpiepel. Daqskemm hawn min hu fonqla! Jekk kappell jiġihom tajjeb ikunu jriduh b’falda akbar jew b’kuluri aktar jgħajtu. Jinsew li hawn mhux qegħdin il-Messiku fejn li jintlibsu kpiepel b’falda daqs tinda hija ħaġa normali.








