(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Amir id-Dudu tal-Ħarir Jibda Jtir
Amir huwa dudu tal-ħarir żaqqieq. Huwa l-ħin kollu għandu ħafna ġuħ.
Paġna 1
Huwa jixtieq kieku jieqaf jiekol u jmur xi dawra. Imma tant ikollu ġuħ li ma jistax jieqaf jiekol il-weraq.
Paġna 2
Id-dudu tal-ħarir spiss jara ħafna friefet sbieħ fil-ġnien. Il-friefet għandhom ħafna kuluri sbieħ.
Paġna 3
Huma jafu jtiru ’l hawn u ’l hinn. Amir jixtieq ħafna jitgħallem itir bħall-friefet. B’hekk ikun jista’ jmur magħhom.
Paġna 4
Huwa jixtieq ukoll li jkollu par ġwienaħ u ħafna kuluri sbieħ.
Paġna 5
Darba waħda, Amir ma kellux aktar ġuħ. Amir waqaf jiekol il-weraq.
Paġna 6
Lid-dudu tal-ħarir qabdu ħafna ngħas. Xtaq jorqod xi mkien għall-kwiet.
Paġna 7
Huwa beda jaħdem dar tal-ħarir taħt werqa kbira biex jorqod fiha. Din id-dar tad-dudu tal-ħarir tissejjaħ fosdqa.
Paġna 8
Wara xi żmien rieqed fil-fosdqa, Amir qam u ħareġ bil-mod. Beda jitmattar u jipprova jimxi, imma ma setax. Minflok jimxi beda jtir!
Paġna 9
X’waħda din! Amir id-dudu tal-ħarir sar farfett sabiħ u kkulurit.
Paġna 10
Dan dudu tal-ħarir Mhux twil, imma qasir; Kemm jixtieq jaf itir Hu tela’ fuq il-bir M’għand farfett ħa parir.
Paġna 11
Ma ddumx ma tibda ttir Ja dudu tal-ħarir; Isa, ħu dal-parir Inżel minn fuq il-bir Għax iż-żmien hu qasir.