(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Vellin l-Iżveljarin

Jien Vellin, l-iżveljarin.
F’żaqqi nżomm, mistur il-ħin.
null
Paġna 1
Fuqi nġorr żewġ qniepen kbar
u nċempilhom ʼk il-ħin sar.
null
Paġna 2
Għandi l-vleġeġ, bħal pinnur
jgħoddu l-jiem u jkejlu x-xhur.
null
Paġna 3
Xogħli ndoqqlok ħdejn widnejk
biex fil-pront tiftaħ għajnejk.
null
Paġna 4
Jekk titgħażżen, wara ftit,
nerġa’ ndoqqlok jekk tkun trid.
null
Paġna 5
Biex inkun dejjem puntwali
trid b’idejk, tirregolani.
null
Paġna 6
Jekk tpoġġini qrib wisq lejk,
intarraxlek lil widnejk.
null
Paġna 7
Kultant ħbieb, kultant m’aħniex
għax noħorġok minn ġol-friex.
null
Paġna 8
ʼK norqod jiena jaqa’ s-skiet
imm’għalik jibda l-inkwiet.
null
Paġna 9
Biss ʼk jiftilli ngħaġġel jien
taqta’ nifsek f’qasir żmien.
null
Paġna 10
Xi kultant, mingħajr ma rrid
nieħu żball, niżgarra ftit.
null
Paġna 11
Għalkemm jien perfett m’iniex
int mingħajri ma tgħaddix.
null
Paġna 12
Tmiem