(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Satelliti Artifiċjali

null
Paġna 1

  • Sputnik 1 u 2
  • Explorer 1
  • Hubble
  • Rosetta

  • Philae
  • Skylab
  • Mir
  • ISS

F’dan il-ktieb

Skopri



Xi rnexxielu jiskopri l-bniedem dwar l-univers permezz tas-satelliti artifiċjali li bagħat fl-ispazju fl-aħħar 70 sena.





  • meteorojde
  • artifiċjali
  • esplorazzjoni
  • ittellgħet
  • internazzjonali
  • kreatura


  • teleskopju
  • irnexxielhom
  • Ewropea
  • intbagħat
  • astronawti
  • kollaborazzjoni

Tgħallem ikteb

Paġna 2
null
Satelliti fl-ispazju hemm ħafna. Kull pjaneta, qamar, meteorojde jew kometa hija satellita. Però, ma’ dawn illum insibu ħafna satelliti artifiċjali. Dawn huma oġġetti li jkun tella’ l-bniedem stess fl-ispazju.
Fi żmien il-Gwerra l-Bierda, bejn l-1947 u l-1991, l-Amerikani u s-Sovjetiċi bdew tellieqa bejniethom fl-esplorazzjoni tal-ispazju. F’dan iż-żmien huma tellgħu ħafna satelliti artifiċjali fl-ispazju.
Paġna 3
null

Sputnik 1

Sputnik 1 kienet l-ewwel satellita artifiċjali li ttellgħet f’orbita madwar id-dinja. Din ittellgħet mill-Unjoni Sovjetika fl-4 ta’ Ottubru 1957. Din kienet is-Sena Internazzjonali tal-Ġeofiżika.
Sputnik 1 kienet satellita bażika ħafna bi strument wieħed biss – transmitter tar-radju. Bih kien jibgħat ħoss ta’ beep. Xorta waħda kienet satellita importanti ħafna għax minnha ġiet mifhuma aħjar l-atmosfera.
Paġna 4

Wieħed mit-tim tat-tekniċi jaħdem fuq Sputnik 1.

null
Paġna 5
null

Sputnik 2

32 jum wara Sputnik 1, fit-3 ta’ Novembru 1957, l-Unjoni Sovjetika tellgħet is-satellita Sputnik 2. Din kienet l-ewwel satellita li tellgħet kreatura ħajja fl-ispazju – il-famuża kelba bl-isem Laika.
Din is-satellita kellha aktar strumenti xjentifiċi. Serviet ukoll bħala prova biex ’il quddiem jittellgħu n-nies fl-ispazju.
Paġna 6
null

Explorer 1

Explorer 1 kienet l-ewwel satellita li l-Istati Uniti tal-Amerka tellgħu fl-ispazju fl-1 ta’ Frar 1958. L-Explorer qatta’ 111-il ġurnata jagħmel xogħlu u fuqu kellu biss strument wieħed. Dan l-istrument kien kapaċi jkejjel ir-raġġi kożmiċi.
Explorer 1 baqa’ fl-orbita għal 12-il sena sħaħ. Dan ma baqax jintuża għax spiċċatlu l-batterija.
Paġna 7

Mudell tal-Explorer 1 waqt konferenza tal-aħbarijiet f’idejn id-direttur u x-xjentisti.

null
Paġna 8
null

It-Teleskopju Hubble

Il-Hubble huwa teleskopju kbir f’orbita madwar id-dinja. L-atmosfera tad-dinja ttellef ħafna lit-teleskopji. Għaldaqstant, in-NASA tellgħet teleskopju fl-ispazju biex tara aktar fil-bogħod.
Għall-ewwel ħasbu li t-teleskopju ma setax jintuża għax kien hemm difett fl-iffukar tal-lenti. Iżda wara rnexxielhom isewwuha. Il-Hubble ttella’ fl-24 t’April 1990 u għadu jintuża sal-lum.
Paġna 9

Il-bini tat-teleskopju Hubble fi stadju bikri.

null
Paġna 10
null

Rosetta

Rosetta hija satellita tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) li ttellgħet fit-2 ta’ Marzu 2004. L-iskop ta’ Rosetta kien li tistudja kometa bl-isem Churyumov–Gerasimenko. Rosetta qattgħet 17-il xahar torbita madwar il-kometa biex tistudjaha.
Paġna 11

Il-kometa Churyumov-Gerasimenko, b’tul ta’ 4.3 km u b’wisa’ ta’ 4.1 km u b’veloċità massima ta’ 135,000 km/h.

null
Paġna 12
null

Philae

Philae huwa lander li ntbagħat ma’ Rosetta biex jinżel fuq l-istess kometa. Waqt li Rosetta kienet qed torbita madwar il-kometa, Philae rnexxielu jillandja fuq il-kometa b’suċċess. Dan għamel ukoll xi esperimenti xjentifiċi.
Sfortunatament, dan niżel fid-dell. Billi l-pannelli solari ma setgħux jaħdmu, spiċċatlu l-batterija u kellu jieqaf.
Paġna 13

Il-lander Philae fuq il-kometa.

null
Paġna 14
null

Satelliti Artifiċjali Abitabbli

Satelliti artifiċjali abitabbli huma satelliti li fihom jistgħu jgħixu n-nies. Il-bniedem dejjem xtaq jesplora l-ispazju. Għalhekk tella’ satelliti qrib id-dinja biex jitla’ fihom u jipprepara għal vjaġġ aktar fil-bogħod.
Nies li jitilgħu fl-ispazju jissejħu astronawti. Però, dawk li jkunu mir-Russja jew l-Unjoni Sovjetika jissejħu kożmonawti.
Paġna 15

Skylab.

null

Ir-ritorn tal-ekwipaġġ ta’ Skylab.

null

Skylab

Skylab kien l-ewwel stazzjon spazjali tal-Istati Uniti tal-Amerka. Dan l-istazzjon spazjali kien jorbita madwar id-dinja bejn l-1973 u l-1979. Fih l-astronawti kienu jagħmlu l-esperimenti. Telgħu fih tliet gruppi ta’ astronawti.
Paġna 16
null

Mir

Mir kien stazzjon spazjali Sovjetiku li l-ewwel parti tiegħu ttellgħet fi Frar 1986. Fih kienu jaħdmu sa 3 kożmonawti.
Il-kelma ‘mir’ tfisser paċi bir-Russu. Fl-istess żmien, l-Amerikani ppjanaw li jtellgħu stazzjon bl-isem Freedom, iżda dan qatt ma sar.
Il-MIR dam jintuża sat-23 t’April 1996 u twaqqa’ fl-2001.
Paġna 17

Il-kożmonawta Shannon M. W. Lucid waqt sessjoni ta’ eżerċizzju fuq l-istazzjon spazjali Mir.

null
Paġna 18
null

ISS – L-Istazzjon Spazjali Internazzjonali

L-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS) huwa d-disa’ stazzjon spazjali f’orbita madwar id-dinja. Dan beda jinbena f’Novembru 1998. Dan l-istazzjon inbena f’kollaborazzjoni bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, ir-Russja, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun u l-Kanada. Fih jistgħu jaħdmu u jgħixu sa sitt astronawti flimkien.
Paġna 19

Il-vettura spazjali Endeavour trakkata mal-ISS.

null
Paġna 20

Glossarju

atmosfera
is-saffi tal-gassijiet, magħrufa aħjar bħala arja, li jduru madwar id-dinja u jżommu f’posthom permezz tal-gravità
kometa
massa ta’ materjal imdawra bi trabijiet u gassijiet li ddur max-xemx. Meta tkun viċin ix-xemx tifforma denb ta’ gassijiet warajha
lander
vettura spazjali mibgħuta biex tillandja fuq xi oġġett spazjali, bħal xi pjaneta oħra, qamar jew kometa
meteorojde
massa ta’ materjal li ddur fis-sistema solari. Il-qies tagħha jvarja minn trabijiet sa materjal b’dijametru ta’ 10 metri
orbita
dawra regolari ripetuta madwar pjaneta jew stilla
raġġi kożmiċi
partiċelli mimlijin enerġija li jivvjaġġaw fl-ispazju b’veloċità kbira ħafna
satellita artifiċjali
apparat artifiċjali mibgħut fl-ispazju bl-iskop li jiġbor informazzjoni jew għall-komunikazzjoni
transmitter tar-radju
apparat elettroniku li jibgħat raġġi tar-radju permezz ta’ antenna
Paġna 21
Tmiem