
“Riku… Riku… ħobbha Warda!”
Riku huwa l-pappagall ta’ ziti Ġiżwalda li meta twelidt jien kien diġà għandha. Tħobbu daqs dawl għajnejha, tqisu bħala kumpann aktar milli sempliċi għasfur kbir b’rix imlewwen u bi twerżiqa li ttarrax, imma li f’widnejha tinstema’ sabiħa daqs l-aqwa melodija li qatt inkitbet.















