(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Peter Ried Pizza

Peter wasal id-dar mill-iskola.
Peter ried pizza!
null
Paġna 1
null
Ommu fetħet il-friġġ il-griża.
Fil-friġġ kien hemm it-tadam u l-ġobon.
Paġna 2
null
Fil-friġġ ma kienx hemm għaġina.
Peter beda jibki ħafna!
Paġna 3
null
Ommu ħarġet il-panina mill-qoffa tal-qasab.
Imma din panina. Din mhix pizza!
Paġna 4
null
Peter ħares bil-ġuħ lejn ommu.
Ommu qatgħet il-panina f’żewġ roti.
Paġna 5
null
Ommu poġġiet it-tadam fuq iż-żewġ roti tal-panina.
Peter poġġa l-ġobon fuq iż-żewġ roti tal-panina.
Paġna 6
null
Ommu poġġiet iż-żewġ roti tal-panina fil-forn.
Peter ħares lejn iż-żewġ roti tal-panina jsiru fil-forn jaħraq.
Paġna 7
null
Peter xamm riħa tfuħ ta’ pizza!
Ommu fetħet il-bieba tal-forn.
Paġna 8
null
Peter feraħ ħafna u qabeż fuq ommu!
Issa flok pizza waħda, ommu tatu tnejn!
Paġna 9
Tmiem