(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Mike u Mimi Jilaghbu l-Baskitbol

Mike u Mimi aħwa.
Mike jħobb jilgħab il-baskitbol mal-ħabib tiegħu Jake.
Mimi tħobb tilgħab bil-pupi.
Jake qam ma jiflaħx u ma setax jilgħab ma’ Mike.
null
Paġna 1
Mike staqsa lil Mimi tilgħab miegħu.
“Trid tilgħab baskitbol, Mimi? Żgur nieħdu gost!”
“Jiena ma nafx nilgħab baskitbol, Mike,” qalet Mimi.
“Issa nurik kif,” wieġeb Mike.
null
Paġna 2
Mike u Mimi ħarġu fil-grawnd jilagħbu l-baskitbol.
“Waddab il-ballun fiċ-ċirku,” qal Mike.
Mike waddab il-ballun biex juri lil oħtu kif tilgħab.
null
Paġna 3
Mimi pruvat twaddab il-ballun ġoċ-ċirku.
Il-ballun mar fil-għoli ħafna.
Mimi ġabret il-ballun u waddbitu mill-ġdid.
Il-ballun mar fil-baxx ħafna.
null
Paġna 4
Mimi għamlet in-nervi.
“Stenna ftit,” qal Mike.
Mike wera lil Mimi mod differenti kif twaddab il-ballun.
Il-ballun ma daħalx ġoċ-ċirku.
null
Paġna 5
Mimi daħket bih.
“Il-ballun ma daħalx ġoċ-ċirku,” qalet Mimi.
Mike ġabar il-ballun u waddbu mill-ġdid.
Il-ballun xorta waħda ma daħalx fiċ-ċirku.
null
Paġna 6
Mimi daħket bih.
"Ħa nipprova jien?" Mimi talbet lil Mike.
Mike ta l-ballun lil oħtu.
null
Paġna 7
Mimi ħadet il-mira.
Hija waddbet il-ballun bħal Mike.
Il-ballun daħal fiċ-ċirku.
Mimi kienet ferħana.
null
Paġna 8
Mimi waddbet il-ballun mill-ġdid.
Il-ballun reġa’ daħal fiċ-ċirku.
Mimi ferħet ħafna. Mike feraħ ukoll.
It-tfal komplew jilagħbu l-baskitbol fil-grawnd.
null
Paġna 9
Tmiem