(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Majsi, il-qanfud bla xewk
Majsi kien jgħix ma’ ommu Roża u ma’ ħutu.
Ommu Roża u ħutu kellhom ħafna xewk fuq daharhom.
Paġna 1
Majsi kien qanfud ħelu u mimli enerġija.
Majsi twieled bla xewk fuq dahru.
Paġna 2
Roża kienet tmelles lil ħut Majsi fuq żaqqhom.
Imma lil Majsi, Roża kienet tmellsu fuq żaqqu u fuq dahru!
Paġna 3
Majsi mar l-ewwel darba l-iskola tal-qniefed żgħar.
Sieħbu Wilfred beda jidħak bih, “Ara! Qanfud bla xewk! Ħaħaħa!”
Paġna 4
Fil-klassi, Majsi kien iħobb jaqra l-kotba ma’ sħabu l-qniefed.
Fil-bitħa, Majsi kien iħobb jilgħab bil-ballun ma’ sħabu l-qniefed.
Paġna 5
Darba waħda l-għalliema ħarġet lil Majsi u lil sħabu fil-kampanja.
L-għalliema spjegat lill-qniefed żgħar x’inhu n-narċis u x’inhu s-sagħtar.
Paġna 6
F’daqqa waħda ġie kelb kbir u kannella.
Il-qniefed beżgħu u saru ballun tax-xewk.
Paġna 7
Majsi ma setax isir ballun tax-xewk għax xewk fuq dahru ma kellux.
Majsi telaq jiġri d-dar b’kemm kellu saħħa.
Paġna 8
L-għada Wilfred beda jidħak bih, “Majsi jibża’ ħafna! Majsi jitlaq jiġri!”
Majsi ma tax kas u kompla jaqra l-ktieb ikkulurit.
Paġna 9
Darba waħda Majsi u Wilfred kienu mexjin flimkien mill-iskola għad-dar.
F’daqqa waħda Majsi u Wilfred semgħu ħoss ta’ karozza kbira.
Paġna 10
Wilfred sar ballun tax-xewk f’nofs it-triq.
Majsi ma setax isir ballun tax-xewk għax xewk fuq dahru ma kellux.
Paġna 11
Majsi induna li Wilfred kien fil-periklu!
Majsi mbotta lil Wilfred fil-ġenb tat-triq.
Paġna 12
Meta għaddiet il-karozza, Wilfred irringrazzja lil Majsi.
Qallu, “Grazzi, Majsi, talli salvajtni! Int ħabib tassew!”