(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

L-Orsijiet

Insibu ħafna tipi ta’ orsijiet madwar id-dinja, uħud kbar u wħud iżgħar.
null
Paġna 1

L-Ors Kannella

Dan huwa l-ors kannella, l-aktar ors komuni. Insibuh fl-Amerika ta’ Fuq, fl-Ewropa u anki fl-Asja. L-ors kannella jħobb jgħix f’kull tip ta’ abitat. Insibuh fil-muntanji, mal-baħar u anki fil-foresti. Fl-Amerika dan jissejjaħ ukoll grizzly.
null
Paġna 2
L-ors kannella huwa annimal omnivoru. Dan ifisser li jista’ jiekol kważi minn kollox, jiġifieri frott, ħxejjex u laħam, u anki orsijiet oħra stess. Jippreferi jiekol ikel li faċli ssibu, bħal berries, fjuri, prinjol u anki faqqiegħ. Għalhekk, ma jikolx ħafna laħam. L-ors kannella kapaċi wkoll iħaffer fil-ħamrija biex jiekol l-għeruq.
null
Paġna 3
Il-biċċa l-kbira tal-orsijiet jorqdu fix-xitwa meta tkun ħafna kesħa. Għalhekk iridu jieklu ħafna fil-ħarifa!
null
Paġna 4

L-Ors Polari

Dan huwa l-ors polari, magħruf ukoll bħala l-ors abjad. Insibuh fit-Tramuntana tad-dinja, fl-aktar postijiet kesħin.
null
Paġna 5
L-ors polari huwa omnivoru, bħall-orsijiet l-oħra. Però, dan l-ors jiekol ħafna iżjed laħam mill-oħrajn. Meta jkun hemm ħafna silġ, ma jsibx wisq ħaxix allura jiekol ħafna foki, salamun, għasafar u anki bajd.
null
Paġna 6
L-ors polari huwa wkoll għawwiem tajjeb ħafna! U jgħum fit-tul sewwa, ġieli anki għal għaxart ijiem sħaħ! Huwa kapaċi jogħdos ħafna wkoll.
null
Paġna 7

L-Ors Iswed Amerikan

Dan huwa l-ors iswed Amerikan. Huwa jinsab l-Amerika ta’ Fuq u jgħix ħajja solitarja, jiġifieri ta’ waħdu.
null
Paġna 8
Bħall-orsijiet l-oħra, huwa omnivoru wkoll. Però, huwa jippreferi l-ħxejjex, il-frott u l-għasel, milli l-laħam. L-ors iswed Amerikan jiekol inqas għeruq mill-ors kannella.
null
Paġna 9
Għalkemm jissejjaħ ors iswed, fil-verità jista’ jkollu diversi kuluri differenti, fosthom kannella ċar, kannella skur, ta’ lewn dehbi, u anki abjad.
null
Paġna 10
L-ors iswed Amerikan ta’ kulur abjad huwa tajjeb ħafna biex jaqbad is-salamun matul il-ġurnata. Għaldaqstant, dan jinsab l-aktar f’postijiet fejn hemm sors tajjeb ħafna ta’ salamun.

Ritratt meħud minn Stephen Harrington https://www.discoverwildlife.com/animal-facts/mammals/facts-about-spirit-bear/

null
Paġna 11

L-Ors Iswed Asjatiku

Dan huwa l-ors iswed Asjatiku. Insibuh l-aktar fil-Ħimalaja u max-xatt kollu taċ-Ċina u l-Lvant Imbiegħed. Huwa jkollu bħal tebgħa bajda kemxejn kbira fuq sidru, aktarx f’għamla ta’ V.
null
Paġna 12
L-ors iswed Asjatiku għandu saħħa kbira fil-parti ta’ fuq ta’ ġismu. Fil-fatt kapaċi jitla’ ma’ siġra anki b’idejh biss u għandu saqajh ta’ wara iżgħar minn tal-ors iswed Amerikan u l-ors il-kannella. Madanakollu, dan l-ors għandu l-kapaċità li jimxi fuq saqajh ta’ wara għal distanza pjuttost twila.
null
Paġna 13

L-Ors Malasjan

Dan huwa l-ors Malasjan. Insibuh fil-foresti tal-Lvant Imbiegħed, l-aktar il-Malasja u fuq xi gżejjer tal-Indonesja. Sfortunatament, l-abitat tiegħu jinsab mhedded minħabba l-qtugħ tas-siġar illegali u l-kaċċa.
null
Paġna 14
L-ors Malasjan jiekol ħafna għasel, insetti u frott, skont l-istaġun, speċjalment il-bajtar u t-tin, iżda bħall-orsijiet l-oħra hu kapaċi jadatta għal dak li jsib.
null
Paġna 15
L-ors Malasjan ġeneralment jgħix ħajja solitarja, għalkemm meta l-ikel ikun abbundanti, ngħidu aħna fl-istaġun tal-frott jew meta jkun f’xi żu, ġieli jibda jissoċjalizza ma’ orsijiet oħra.
null
Paġna 16

Il-Panda Ġgant

Dan huwa l-panda ġgant, li wkoll huwa tip ta’ ors. Dan l-ors jinsab jgħix fis-selvaġġ biss fiċ-Ċina. Għalhekk huwa tant sinonimu ma’ dan il-pajjiż.
null
Paġna 17
Il-panda għandu dehra partikolari ħafna, abjad bl-iswed, b’żewġ tebgħat suwed madwar l-għajnejn.
null
Paġna 18
Il-panda jista’ jiekol kollox, imma jippreferi jiekol pjanti biss. Huwa fil-fatt iħobb jiekol l-aktar il-bambù.
null
Paġna 19
Tmiem