(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
L-Iljun u l-Ġurdien
Darba kien hemm iljun jgħix fil-foresta.
Paġna 1
Wara li kiel ikla kbira l-iljun raqad għall-kwiet taħt siġra.
Paġna 2
Wara ftit ġie ġurdien żgħir jilgħab fuq l-iljun.
Paġna 3
L-iljun qam irrabjat u qabad il-ġurdien.
Paġna 4
Il-ġurdien beda jibża’ u talab lill-iljun jaħfirlu.
Paġna 5
L-iljun tħassru u ħallieh jaħrab.
Paġna 6
Darba oħra kaċċatur qabad lill-iljun f’xibka.
Paġna 7
Il-ġurdien rah u ġie jgerrem ix-xibka.
Paġna 8
L-iljun ħareġ mix-xibka u ħarab.
Paġna 9
L-iljun u l-ġurdien saru ħbieb. Huma għexu kuntenti flimkien għal dejjem.