Il-ġurnata mis-sebħ turik kif se tkun! Għal
Ġanni l-bidwi, martu Nena u l-annimali tar-razzett f’Ħal Xuxa kien jidher ċar li l-ġurnata kellha tkun waħda ta’ ħidma bla heda. F’jum bi sħana mill-aktar qalila ta’
Ġunju, meta x-xemx tkun tisreġ ġmielha, l-annimali tar-razzett bakkru kmieni għax
kien wasal jum il-ħsad.
Jum il-ħsad kien jiġi wara jiem twal ta’
ħidma fejjieda minn Ġanni u Nena. Wara
ħafna tbatija biex ikabbru l-frott u l-ħaxix,
u jħarsuhom mill-elementi, f’jum il-ħsad
kienu jiġbru l-prodotti mill-għelieqi u
jistivawhom f’kannestri bi preparazzjoni
għall-bejgħ.












