(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Kris Jistudja għall-Eżami

Darba waħda, Kris qam inkwetat billi l-għada kellu eżami tal-matematika.
Dakinhar l-iskola qagħad jgħaddi n-noti li kien ħa fil-klassi.
null
Paġna 1
Fil-klassi Kris beda jistaqsi dwar xi diffikultajiet li ltaqa’ magħhom waqt li kien qed jistudja.
Meta l-għalliema reġgħet spjegatlu, Kris beda jifhem aħjar.
null
Paġna 2
Fil-brejk Kris qagħad maġenb sħabu u qagħad jistudja magħhom.
Meta kien joqgħod jispjega lil sħabu Kris kien iħossu jiftakar iżjed.
null
Paġna 3
L-għalliema kienet tieħu gost bi Kris għax meta jistaqsi kienet tkun taf li qiegħed attent.
Meta dakinhar wasal id-dar, Kris lesta x-xogħol tal-iskola. B’hekk kellu ċans jistudja għat-test tal-matematika.
null
Paġna 4
Wara li qagħad jistudja, Kris ħareġ jilgħab ftit ma’ Karla u Sam. B’hekk seta’ jaqta’ ftit mill-istudju u jiddeverti ftit ma’ sħabu.
Huma rħewlha lejn il-bandli.
null
Paġna 5
It-tlett iħbieb ħadu gost flimkien avolja kienu ftit eċitati minħabba l-eżami tal-matematika.
Kris qalilhom biex imorru jorqdu kmieni ħalli l-għada jqumu friski għall-eżami.
null
Paġna 6
L-għada Kris daħal fil-klassi biex jibda l-eżami.
Huwa ħadem il-mistoqsijiet kollha u lesta fil-ħin.
null
Paġna 7
Kif wasal id-dar il-papà staqsa lil Kris kif ħassu mar fl-eżami.
Il-ġenituri ta’ Kris tgħidx kemm ferħu meta binhom qalilhom li ħassu mar tajjeb!
null
Paġna 8
Tmiem