(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
It-Tliet Xewqat
Ben u Nicole kienu jgħixu fil-kampanja. Kellhom dar żgħira għax kienu fqar.
Paġna 1
Ben mar jaqta’ ftit injam mill-foresta. Huwa ra siġra kbira ħafna.
Paġna 2
Ħareġ il-mannara u kien se jibda jaqta’. “Ħalliha tgħix is-siġra!” qaltlu Flora.
Paġna 3
“Bravu! Issa għandek tliet xewqat.” Ir-raġel mar lura d-dar.
Paġna 4
“Nicole, għandna tliet xewqat!”
“Veru?” qalet Nicole. “Jien nixtieq…”
“Torta!” qal Ben.
Paġna 5
“Torta? Għaliex torta?” staqsietu Nicole.
“Għax jien għandi ħafna ġuħ!” weġibha Ben.
Paġna 6
Nicole kellha n-nervi. “Nixtieq li t-torta tiġi fuq rasek!”
Paġna 7
U hekk ġara.
“Leee! U issa?” qal Ben.
“Ħa nneħħi t-torta minn fuq rasek,” irrispondietu Nicole.
Paġna 8
“Ma tistax tinqala’!” qalet Nicole.
“Qed tara x’għamiltli! Agħmel xi ħaġa!” qal Ben.
Paġna 9
“Nixtieq li t-torta titlaq minn fuq rasek,” qalet Nicole.