Is-sensi tal-bniedem huma l-fakultajiet li bihom jipperċepixxi d-dinja ta’ madwaru. Dan jagħmlu biex kemm igawdi s-sensazzjonijiet li jagħtuh dawn is-sensi u kif ukoll jgħinuh f’kull pass tal-ħajja. Sa mir-raba’ seklu q.K. Aristotli kien diġà għaraf erba’ sensi, ix-xamm, il-mess, il-ħars u s-smigħ. Illum inqisu wkoll it-togħma bħala l-ħames sens.
Jeżistu wkoll sensi oħra li għadu m’hemmx qbil dwarhom. Fost dawn insibu l-bilanċ, it-temperatura, l-uġigħ, eċċ. Però, hawn min jargumenta li dawn jistgħu jiġu spjegati bil-ħames sensi tradizzjonali.
Mhux kulħadd għandu kull wieħed minn dawn is-sensi, però, fin-nuqqas ta’ xi sens minnhom, l-erbgħa l-oħra jagħmlu ħilithom biex jagħmlu tajjeb għal dak in-nuqqas.





