(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Irrid Nirkeb il-Qawsalla
Ta’ kull darba, wara x-xita, meta x-xemx fis-sema hemm barra toħroġ tiddi, inħoss ix-xewqa illi nirkeb il-qawsalla.
Paġna 1
Għax minn dejjem ammirajtha tleqq fix-xemx fin-nofs tal-ġnien bħal nofs ċirku jew arkata kollha ġmiel, b’sebat ilwien.
Paġna 2
Blu, oranġjo, aħdar u aħmar, indigo, isfar u vjola. Kemm nitgħaxxaq xħin nilmaħha tkanġi donnha antaċċola!
Paġna 3
Kemm tixgħelli l-fantasija! Kemm nixtieq nitħabbeb magħha! Tgħid fejn tmur meta tistaħba u minn fejn ġabet l-ilwien tagħha?
Paġna 4
Darba minnhom, malli feġġet xtaqt li llum xewqti naqtagħha. Ma stajtx nirreżisti iktar din il-ħolma li nkun magħha.
Paġna 5
Tgħid kif nagħmel biex nilħaqha? Inġib siġġu sabiex nogħla? Tgħid inġib sellum u nwaqqfu, jew nixxabbat mat-tarjola?
Paġna 6
Ommi qaltli dik mhix vera u ma jdumx ma r-riħ jitfiha. Dik dawl u ilma, mingħajr ġisem, mill-bogħod biss tista’ tgawdiha.
Paġna 7
Meta r-raġġi jolqtu l-ilma tal-irxiex ftit angulati jsiru lwien jilmaw fis-sema li tarahom f’xulxin sfumati.
Paġna 8
Iżda jien għamilt ta’ rasi. Bdejt nixxabbat, eċċitata, imma sibt ruħi nixxengel u waqajt, ġejt għall-patata.