Dawl inemnem kien jidher ħiereġ minn daħla ta’ gorboġ imdaqqas mhux ħażin. Saħħara nana xiħa, wiċċha qisu mappa bit-tikmix, b’xagħarha twil abjad qoton maħlul fuq spallejha, kienet qiegħda tgedwed weħidha waqt li tħawwad borma fuq kenur kbir.
In-nar tal-kenur kien qiegħed jarmi s-sħana u jdawwal parti minn dak il-gorboġ. Riħa tfuħ ta’ minestra kienet ħierġa minn dik il-borma tbaqbaq.







