
Kien żmien il-Milied. Il-mamà kienet ġejja lura mill-Belt fuq tal-linja wara li għamlet żewġ qadjiet hemmhekk. Binha Sheldon kien riekeb maġenbha, in-naħa ta’ ġewwa tas-sit, jittawwal mill-ħġieġa. Minn fuq stejġ minnhom tela’ raġel anzjan, bid-daqna bajda. Dan baqa’ bilwieqfa għax ma sabx post bilqiegħda. Kien qed iġorr basket kbir iswed.







