(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Ilħna li Nħobb

Inħobb is-serduk jidden
filgħodu malli jqum,
isellem lix-xemx tielgħa
ferħan b’żerniq il-jum.
null
Paġna 1
Inħobb id-daqq tal-qniepen
mill-għoli jsejħu n-nies
sabiex mis-sodda jqumu u
jmorru għall-quddies.
null
Paġna 2
Inħobb id-daħk ferrieħi
tat-tfal sejrin l-iskola.
Inħobb nisma’ leħenhom
fil-logħob jgħajjat u jogħla.
null
Paġna 3
Inħobb żanżin in-naħal
fix-xemx ta’ nofsinhar
biżlin isoffu s-sugu
mill-fjuri sbieħ u n-nwar.
null
Paġna 4
Inħobb l-għasafar jgħannu
fil-beraħ ferħanin,
u jfittxu xi ftit ikel
għall-frieħ tagħhom ċkejknin.
null
Paġna 5
’Mma meta x-xemx flgħaxija
tkun niżlet mis-smewwiet,
dawn l-ilħna li nħobb jiena
ilkoll jgħibu fis-skiet.
null
Paġna 6
Biss leħen wieħed jibqa’
jinstema’ minn ġod-dlam;
żarżir il-grillu moħbi
fix-xtieli tat-tadam.
null
Paġna 7
U l-iktar li nħobb lilu
għax ħliefu ma nismax
kull meta f’lejl ta’ sħana
jien norqod ma nistax.
null
Paġna 8
Tmiem