(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Il-Qalziet tan-Nannu
In-nannu mar sal-Belt u xtara qalziet ġdid biex jilbsu fil-festa. Xħin wasal id-dar in-nannu libes il-qalziet, imma ġieh ftit twil.
Paġna 1
Huwa xtaq li xi ħadd jaqtagħlu biċċa mill-qalziet biex jiġih sew. In-nanna qalet li riedet issajjar u l-mamà qalet li riedet tfarfar.
Paġna 2
Iz-zija qalet li riedet tmur tixtri u l-kuġina qalet li riedet tistudja. Ħadd ma ried jaqta’ biċċa mill-qalziet il-ġdid tan-nannu.
Paġna 3
In-nannu mar għand il-ħajjat u dan qatagħlu biċċa minnu. Issa l-qalziet ġieh sew lin-nannu.
Paġna 4
In-nannu mar id-dar u dendel il-qalziet mal-ispalliera fil-gwardarobba.
Paġna 5
In-nanna lestiet kmieni mit-tisjir u daħlet inkiss inkiss fil-kamra tas-sodda.
Paġna 6
Hija ħarġet il-qalziet mill-gwardarobba u qatgħet biċċa mill-qalziet tan-nannu.
Paġna 7
Ftit wara l-mamà lestiet mit-tfarfir. Hija wkoll marret iġġib il-qalziet tan-nannu. Il-mamà qatgħetlu biċċa u reġgħet dendlitu mal-ispalliera fil-gwardarobba.
Paġna 8
Waranofsinhar iz-zija kienet lesta mix-xiri. Hija marret iġġib il-qalziet tan-nannu. Iz-zija wkoll qatgħet biċċa mill-qalziet il-ġdid tan-nannu biex jiġih sew.
Paġna 9
U xħin il-kuġina lestiet mill-istudju marret hija wkoll taqta’ biċċa mill-qalziet.
Paġna 10
Filgħaxija n-nannu mar joħroġ il-qalziet mill-gwardarobba biex jilbsu.
Paġna 11
X’waħda din! Il-qalziet il-ġdid li xtara n-nannu mill-Belt kien sar xorz! In-nannu kellu jmur il-festa b’qalziet qadim.