(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Il-Prinċipessa u l-Piżella

Darba waħda kien hemm prinċep li xtaq jiżżewweġ prinċipessa. Iżda din kellha tkun prinċipessa ta’ veru. Huwa vjaġġa madwar id-dinja kollha, imma mkien ma sab dak li xtaq.
null
Paġna 1
Prinċipessi kien hemm kemm trid, imma kien diffiċli jkun jaf jekk kinux ta’ veru jew le. Dejjem kien ikun hemm xi ħaġa fihom li ma togħġbux. Kien għalhekk li reġa’ lura d-dar b’geddum sal-art, billi xtaq ħafna li jsib prinċipessa ta’ veru.
null
Paġna 2
Lejla waħda qamet maltempata qawwija. Kien hemm ragħad u sajjetti u niżlet xita bil-qliel. F’daqqa waħda nstemgħet taħbita mal-bieb tal-kastell u r-re xwejjaħ mar jiftaħ biex jara min kien hemm.
null
Paġna 3
Wara l-bieb sab prinċipessa bilwieqfa quddiemu. Ix-xita u l-maltemp kienu xarrbuha għasra minn rasha sa saqajha. Madanakollu qalet li kienet prinċipessa ta’ veru.
null
Paġna 4
‘Ma ndumux ma nkunu nafu l-verità,’ ħasbet ir-reġina.
Bla ma qalet xejn, marret fil-kamra tas-sodda, neħħiet il-lożor u s-saqqu minn fuq is-sodda, u poġġiet piżella fin-nofs. Imbagħad poġġiet għoxrin saqqu tar-rix fuq il-piżella.
null
Paġna 5
Il-prinċipessa kellha torqod fuq dawn il-lejl kollu. Filgħodu staqsewha kif raqdet.
“Ħażin ħafna!” qaltilhom. “Bilkemm għalaqt għajn m’għajn. Il-Bambin biss jaf x’kien hemm fis-sodda. Kont rieqda fuq xi ħaġa iebsa u għandi ġismi kollu mbenġel.”
null
Paġna 6
B’hekk saru jafu li kienet prinċipessa ta’ veru billi ħasset il-piżella minn ġo għoxrin saqqu tar-rix. Ħadd ħlief prinċipessa ta’ veru ma seta’ jagħmel dan.
null
Paġna 7
Kien għalhekk li l-prinċep ħadha b’martu, għax kien żgur li kellu prinċipessa ta’ veru. Ir-re għamel festa kbira u l-mistidnin kollha kielu u xorbu kemm felħu.
null
Paġna 8
Il-piżella poġġewha f’mużew, fejn għadha għall-wiri sal-ġurnata tal-lum... sakemm ma seraqhiex jew kielha xi ħadd.
null
Paġna 9
Tmiem