Sika kienet toqgħod f’dar b’razzett żgħir magħha fit-tarf tar-raħal. Ir-razzett kien qiegħed fuq wara tad-dar u kien imqassam fi kmamar li fihom kienu jżommu xi annimali.
Kien hemm kmamar għall-ħamiem, għall-fniek, u għall-mogħoż u n-nagħaġ. Kamra minnhom kien fiha t-tiġieġ.
Kuljum, Sika kienet tmur tagħlef lit-tiġieġ u tiġbor il-bajd.
Mat-tiġieġ kien hemm serduk daqsiex li kien moħħu biex jiġġieled.










