Smajt li l-karti u l-gazzetti, li kelli ngħaddi mingħajrhom, bdew jiġu riċiklati f’kotba tat-tpinġija, dvalji tal-karti u ħafna oġġetti utli oħra. Min-naħa l-oħra, il-plastik u l-ħġieġ inħoloq suq għalihom u bdew jiġu esportati. Il-metall, li tant kont insibu ta’ palat u li minnu kont nieħu l-ħadid kollu li għandi bżonn għad-dieta tiegħi, jista’ jiġi riċiklat u jintuża fl-industriji importanti bħal dawk tal-karozzi. Għal min hu kreattiv qed isiru anke skulturi minn biċċiet tal-ħadid li jintrema u li jiġi separat.