Leġġenda li ħalliet devozzjoni u qima kbira lejn il-Madonna hija dik li baqgħet magħrufa bħala l-leġġenda tal-Madonna tal-Għar. Il-grotta li fiha seħħet l-istorja, illum insibuha fil-Kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat, int u sejjer lejn il-Buskett.
L-istorja ilha ġejja mis-seklu 14, meta kien ġie rrakkontat li l-Madonna kienet dehret lil wieħed kaċċatur. Skont l-istorja, żewġ kaċċaturi ħarġu kmieni għall-kaċċa.




