(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Il-Kutra tal-Pingwini

null
Iz-zija Tanja tatni kutra tal-pingwini.
Issaħħan ħafna u veru tfuħ.
Paġna 1
null
Qabel norqod nidħol taħt il-kutra.
Nibda nqalleb il-ktieb tal-annimali.
Paġna 2
null
Inħobb nara l-ors l-abjad ta’ fuq is-silġ.
Nara l-balena li ttajjar l-ilma.
Nara l-pingwini jiżżerżqu fil-baħar.
Paġna 3
null
Ma nafx naqra imma nibda naħseb ħafna.
Noħloq stejjer sbieħ tal-annimali ta’ fuq is-silġ.
Min jaf kemm iħossu bard!
Paġna 4
null
Ixx! Ħadd ma jaf li xħin norqod, il-kutra ssir maġika.
Jien nirkeb fuqha u ntiru lejn is-sema.
Paġna 5
null
Immorru fuq is-silġ ħdejn l-annimali.
Nara l-ors l-abjad jaqbad il-ħut.
Paġna 6
null
Il-balena toħodni dawra.
Il-pingwini jiġu fuq il-kutra ħdejja.
Paġna 7
null
Meta nqum insib il-kutra fl-art ħdejn is-sodda.
Din tkun kollha mxarrba!
Paġna 8
Tmiem