Darba kien sajf ħażin ħafna għall-bidwi u l-uċuħ tar-raba’ fallewlu. Għalhekk ma kellux x’jitma’ lis-serduk u l-kelb li kien irabbi. Allura l-kelb qal lis-serduk, “Għażiż serduk, jiena naħseb li nistgħu nsibu aktar ikel jekk immorru ngħixu fil-foresta, milli hawnhekk ma’ sidna. Ma taqbilx?”
“Dak fatt,” wieġbu s-serduk. “Tlaqna. M’hemm xejn aktar x’nistgħu nagħmlu.”






