(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Il-Gomma u l-Lapes

Il-Gomma

Jien gomma ċkejkna — bil-ħżuż mimlija
u qsim u toqob — għandi ġo fija.
Kont bajda u sbejħa — ratba u pulita,
l-iżbalji nħassar — li tagħmel Rita.
Tħammiġt daqs kieku — mal-faħam mort
u naħseb tafu — ta’ min hu t-tort!
null
Paġna 1

Il-Lapes

(Adattata mill-Ingliż ta’ Alethea Chaplin)
Jien lapes ċkejken ċkejken
taċ-ċomb u tal-injam,
kont darba twil u sbejjaħ
u aħmar bħat-tadam.
null
Paġna 2
Pulit jien inħobb nikteb
’mma xewqti ma naqtax
għax jikteb pulit bija
Tonin ma jippruvax.
null
Paġna 3
Biċċiet iqatta’ minni
b’xi xafra jew sikkina
minflok ma jittemprani
kif jixraq b’xi temprina.
null
Paġna 4
Iħobb igiddem fija,
taħt snienu sirt biċċiet.
Kuljum niqsar, sirt nanu;
dalwaqt immut bl-inkwiet.
null
Paġna 5
Dalwaqt tispiċċa ħajti,
minn sidi mormi nkun.
Għiduli, jekk ingerger,
jien ikollix raġun!
null
Paġna 6
Tmiem