(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Il-Festa tar-Raħal
Ġejja l-festa! Ġejja l-festa!
Ilkoll biha ferħanin.
Bandalori u pavaljuni
ġa fit-toroq imdendlin.
null
Paġna 1
Għandna r-raħal kollu mżejjen
djar imżewqa b’ħafna lwien,
u flgħaxija tara l-bozoz
mixgħulin ma’ kullimkien.
null
Paġna 2
Fuq il-ġnub tat-toroq tara
anġli kbar tal-kartapesta,
donnhom ġew mis-sema fostna
sabiex magħna jgawdu l-festa.
null
Paġna 3
Għandna l-banda ddoqq il-marċi
isbaħ minnhom qatt ma smajt.
Għandna min ibigħ l-imqaret,
ġelat, hotdogs u qubbajt.
null
Paġna 4
Ġigġifogu qed jitħejja
bir-raddiena ddur iddur,
u murtali sbieħ se jkollna
beraq pront u tal-kulur.
null
Paġna 5
U bid-dwal tintrama l-knisja,
bid-damask għall-okkażjoni,
u l-ferħ joktor xħin il-vara
toħroġ barra f’purċissjoni.
null
Paġna 6
Tmiem