(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Ħbieb Qaddejja
Għandi għaxar ħbieb qaddejja biex jaqduni nsibhom ħdejja.
Paġna 1
L-ewwel wieħed huwa l-Kbir, dan ftit oħxon u qasir.
Paġna 2
Ta’ maġenbu hu l-Werrej, spiss jipponta u juri fej’.
Paġna 3
Ta’ warajh huwa l-Fustani, l-iktar twil, donnu s-setgħani.
Paġna 4
Warajh jiġi Taċ-Ċurkett u mbagħad dak li hu ż-Żgħir Nett.
Paġna 5
Dawn il-ħamsa tal-lemin għandhom ħuthom xellugin.
Paġna 6
F’kollox kollox bħal xulxin, ħames pari ta’ tewmin.