(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Ġanluka u Maruska 11: Rigal għaz-Ziju

L-aħwa Ġanluka u Maruska ta’ kull sena jibdew il-vaganzi tas-sajf bit-tajjeb. Dan għaliex iz-ziju Albert fl-ewwel jum ta’ Lulju kien jagħmel festin f’għeluq sninu u jistieden il-familja kollha. Tant ikun hemm gost u pjaċir li kulħadd jibqa’ jsemmi dan il-festin sa ħafna xhur wara!
null
Paġna 1
Iz-ziju Albert huwa bniedem ferrieħi ħafna, il-ħin kollu jiċċajta u kull fejn ikun hemm hu ssib lil kulħadd mifqugħ bid-daħk. Daqqa jinbex minn hawn u daqqa jinki minn hemm, serjetà lanqas biss jaf x’inhi.
null
Paġna 2
Mhux l-ewwel darba li kien iwaqqa’ lilu nnifsu għaċ-ċajt, u ċajta jaf jeħodha wkoll; basta ma tiċċajtalux bil-qargħa! Ma setax jaċċetta l-fatt li xagħru beda jaqagħlu bis-sigħat. Kien jipprova jissellef kif jista’ bix-xagħar li kien għad fadallu, biex il-qargħa ma tantx tagħti fil-għajn.
null
Paġna 3
Xi ġimgħa qabel il-festin, il-mamà daħlet il-Belt biex tixtri rigal għaz-ziju Albert. Kaxxa mdaqqsa b’kartiera, pinna u djarju, bħala sett. Kif kienet il-Belt il-mamà xtrat ukoll rigal bil-lest għal għeluq snin oħtha Monika, li kien jaħbat fl-aħħar tax-xahar.
null
Paġna 4
Dakinhar tal-festin taz-ziju Albert, il-mamà ma nesietx tieħu r-rigal magħha u ma tatx kas li l-pakkett li qabdet f’idha kien itqal milli suppost kellu jkun! Kemm ferħu b’xulxin iz-zijiet, in-nanniet u l-kuġini meta ltaqgħu, avolja kull nhar ta’ Ħadd jiltaqgħu r-razzett tan-nanniet!
null
Paġna 5
Iz-ziju Albert tgħidx kemm daħħakhom u għamel kummiedji ma’ kull rigal li beda jiftaħ. Imma kemm isserja xħin fetaħ ir-rigal li tawh Ġanluka u Maruska. Wiċċu sar abjad karti u bilkemm ma ħassux ħażin. Għall-bidu kulħadd ħaseb li qiegħed jiċċajta, iżda xħin minn ġol-kaxxa ħareġ hairdryer ħadd ma daħak aktar.
null
Paġna 6
Ir-rigal li l-mamà kienet xtrat għaz-zija Monika kien tħalltilha ma’ dak taz-ziju Albert! Il-mamà saret ħamra nar bil-mistħija u skużat ruħha maz-ziju Albert. Hija spjegatlu x’kien ġralha u z-ziju malajr fehem li dak kien żball ġenwin. Għall-ewwel darba f’ħajtu, iz-ziju Albert beda jiċċajta bil-qargħa li għandu!
null
Paġna 7
Tmiem