Fil-klassi ta’ Maruska ġiet tifla ġdida. Din it-tifla hija mill-Italja u jisimha Antonella. Ftit tax-xhur ilu Antonella sfat orfni. Il-ġenituri tagħha mietu f’inċident ikrah tat-traffiku. Hija la għandha ħutha u lanqas familjari oħra l-Italja. L-unika familja li għandha hija z-zija Stella, li tgħix hawn Malta.





