Jum fost l-oħrajn, in-nanna Minka qamet xi ftit storduta, għalhekk iddeċidiet li ċċempel liż-żewġ neputijiet bniet biex imorru jagħtuha daqqa t’id fix-xogħol tad-dar u fit-tisjir. Il-bniet kienu fl-aħħar jiem tal-vaganzi tas-sajf, u kemm Maruska kif ukoll Roberta ħatfuha fil-kelma, għax lin-nanna Minka jħobbuha wisq.