(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Ġanluka u Maruska 05: Miskin il-papà

null
Kien wasal Jum il-Missier. Maruska u Ġanluka kellhom id-drawwa li f’Jum il-Missier, lill-papà jeħdulu l-kolazzjon fis-sodda. Imma din is-sena ma setgħux jagħmlu hekk, għax il-papà kien qed imur jiġġoggja kull filgħodu kmieni. Għalhekk iddeċidew li xorta waħda jħejjulu kollox biex xħin jiġi lura jsib il-kolazzjon lest fuq il-mejda.
Paġna 1
null
Minbarra s-sorpriża tal-kolazzjon, l-aħwa kellhom sorpriża oħra mħejjija għall-papà. Kienu għamlulu kartolina kbira u fuq ġewwa, minbarra l-awguri għal dak il-jum, kitbulu x’kien biħsiebhom jagħmlu għalih matul dik il-ġimgħa. Ġanluka wiegħdu li ser jaħsillu l-karozza u l-garaxx, filwaqt li Maruska wegħditu li ser tgħinu jiżbarazza l-kamra tal-ġnien.
Paġna 2
null
Dawn huma affarijiet li l-papà dejjem jitlobhom jgħinuh fihom, imma ta’ tfal li huma jsibu kull skuża biex ma jagħmluhomx. Għalhekk ħassew li kien xieraq li f’dan il-jum speċjali jikkuntentawh. Il-mamà wkoll ħasbet f’sorpriża għall-papà. Kienet ftiehmet man-nisa ta’ sħabu u kienu ħerġin jieklu l-familji kollha flimkien.
Paġna 3
null
Sakemm Maruska qagħdet tixwi l-ħobż u l-mamà mliet l-istanjata biex tagħmel il-kafè għal kulħadd, Ġanluka ddeċieda li jnaddaf id-daqsxejn ta’ vaska li kellu fil-kċina b’żewġ ħutiet ċkejknin fiha. Dan xtaq jagħmlu biex jogħġob lill-papà, li kien ilu żmien jgħidlu jnaddafha. Għalhekk ġabar il-ħut f’tazza, neħħa l-ħaxix u ċ-ċagħak u ħareġ jaħsilhom fil-bitħa flimkien mal-vaska.
Paġna 4
null
Maruska u l-mamà bdew iħejju l-mejda għaliex il-papà kien qorob biex jiġi. Il-papà ġie lura eżatt dak il-ħin u mejjet bil-għatx kif kien qabad it-tazza mimlija ilma li ra fuq il-mejda ħdejn il-kolazzjon tiegħu u xorobha f’nifs wieħed. Kienet l-istess tazza li fiha Ġanluka poġġa ż-żewġ ħutiet biex ikun jista’ jnaddaf il-vaska.
Paġna 5
null
U mnalla l-mamà kienet pronta ħatfitlu t-tazza minn idu, għax kien jibla’ l-ħut ukoll! Kemm tkerrah il-papà meta induna x’kien xorob u mar jiġri fis-sink ilaħlaħ ħalqu. Miskin il-papà għamel żmien ma riedx jara l-vaska b’għajnejh. U kellu raġun tafux, għax l-ilma ma tantx kien nadif!
Paġna 6
Tmiem