(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Frollu u Sħabu 9: Frollu Jintilef

Illum se mmorru s-suq ta' Marsaxlokk.
Il-mamà trid tixtri ftit ħut frisk.
null
Paġna 1
Jiena nħobbu ħafna l-ħut mixwi fil-forn.
null
Paġna 2
L-aljotta hija l-platt favorit tal-papà.
Il-mamà tħobb it-torta tal-ħut!
null
Paġna 3
Ara dik il-qarnita x'tiċċaqlaq!
null
Paġna 4
Kemm hawn ħut fuq it-tilari!
X'riħa ta' ħut!
null
Paġna 5
Il-mamà qed tixtri l-ħut.
Jien qed nara l-ġugarelli.
null
Paġna 6
Kemm hi sabiħa din il-ferrovija!
null
Paġna 7
Fejn hi l-mamà?
Fejn hu l-papà?
null
Paġna 8
"Fejn huma l-mamà u l-papà tiegħek?"
null
Paġna 9
"Kienu qed jixtru l-ħut. Issa ma nafx fejn huma."
null
Paġna 10
"Ejja mmorru l-għassa tal-pulizija."
null
Paġna 11
"Frollu! Fejn kont? Għaliex ma bqajtx miexi magħna?"
"Skużani, mamà! Mort nara l-ġugarelli u ntlift!"
null
Paġna 12
"Darb'oħra ibqa' magħna. Konna narawhom flimkien il-ġugarelli."
null
Paġna 13
Tmiem